Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Billocca, waqt żjara fi Ġnien Romeo Romano, ħabbru li t-tieni fażi tax-xogħlijiet tar-restawr tal-proġett jinsabu fi stat avvanzat, hekk kif qed jiġi trasformat f’ċentru edukattiv.
Dan il-proġett ta’restawr f’Ġnien Romeo Romano ser jiġi jiswa b’kollox €685,000, fejn ser jservi bħala l-post li jħaddan l-inklussività, s-sostenibbiltà’ u anke l-preservazzjoni tal-wirt storiku.
Il-proġett Ġnien Romeo Romano se jkun aċċessibli għall-bżonnjiet tal-llum u ser ikun possibbli jitgawda mill-pubbliku, għaliex se tkun qed tinfetaħ parti oħra mill-Ġnien propju kif jitlesta t-tieni fażi. L-għan primarju ta’ dan il-ġnien se jkun l-edukazzjoni ambjentali u l-importanza tal-parteċipazzjoni diretta mit-tfal għaliex se jkollhom l-opportunità li jpoġġu fil-prattika t-tagħlim filwaqt li jgawdu aktar in-natura.
Il-Ministru Dalli saħqet li s-sostenibbiltà’ se tibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma f’dan il-proġett.
“Il-Binja magħruf a bħala r-razzett fi Ġnien Romeo Romano konna se nkunu qiegħdin nirrestawrawhom biex tintuża għal skopijiet u għalkemm ix-xogħol jinstab għaddej biex din il-binja tkun tista’ tintuża għal skopijiet edukattivi dwar l-ambjent.”
Il-Ministru Miriam Dalli
Il-Kap Eżekuttiv tal-Waste Serve, Richard Billocca qal li dan il-proġett se jkun qed jingħadda lil Nature Trust Malta biex jorgannizaw attivitajiet relatati mal-ambjent.
“Dan ir-razzett se jkun qed jingħadda lil Nature Trust Malta biex ikunu jistgħu jorgannizzaw attivitajiet edukattivi fuq l-ambjent biex b’hekk it-tfal jiġu f’faċilitajiet moderni u b’post li jirrispetta l-istorja ta’ dan il-ġnien u l-arkittetura ta’ dan il-ġnien.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServe, Richard Billocca