Wasal fil-Palazz tal-President f’Sant’Anton il-President Irlandiż Michael D. Higgins, flimkien ma’ martu Sabina.
Hawnhekk huwa ġie milqugħ mill-President Malti George Vella u martu Miriam Vella.
F’ċerimonja uffiċjali, il-Forzi Armati ta’ Malta taw is-salut liż-żewġ Presidenti filwaqt li spezzjonaw il-gwardja tal-unur.
Minn hemm tibda’ laqgħa formali bejn iż-żewġ Kapijiet tal-Istat.
Preżenti hemm ukoll il-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u bosta Ambaxxaturi.
Intant wara ċ-ċerimonja uffiċjali l-programm jissokta bit-tqegħid tal-fjuri fuq il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana.
Għall-ħabta tal-16:45, il-President Irlandiż se jkun imbagħad qed jiltaqa’ b’mod formali mal-Prim Ministru, l-Ispeaker Anglu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Fil-jum tal-Ġimgħa id-delegazzjoni Irlandiża se tkun qed iżżur il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, Pjazza Kastilja u l-Barrakka ta’ Fuq.
Ritratti: OPR

