Il-Galletti kienu popolari minn żmien ilu saħansitra sa mis-seklu 18. L-ebda xini ma kien jitlaq minn Malta mingħajrhom.
Fit-12 ta’ Diċembru tal-1794, il-Kaptan Giuseppe Grech irraporta li spiċċawlu l-galletti minn fuq ix-xini tiegħu u għamel minn kollox biex isib il-qamħ. Irnexxielu jsib jixtri mingħand Kaptan Venezjan.
Minn Malta salpa lejn il-gżira ta’ Sira fejn hemm ordna li l-qamħ jinħadem u jsir galletti.
Din l-informazzjoni interessanti tista’ tgawdieha aktar fid-dettal u titgħallem iżjed dwarha fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.
Żur is-sit: http://tastehistory.org/