Koppji li jaqsmu x-xogħol tad-dar b’mod ġust ikollhom x’jaqsmu sesswalment iktar minn dawk il-koppji fejn tkun naħa waħda biss, ħafna drabi l-mara, li tassumi r-responsabbiltà ta’ dak li jkollu jsir fir-residenza tal-koppja.
Dan skont riċerka ppubblikata fil-Journal of Marriage and Family u li analizzat s-sodisfazzjoni fiż-żwieġ wara tagħrif miksub minn madwar l-Istati Uniti kollu.
Koppji b’ġeneru differenti, mara u raġel, li jaqsmu x-xogħol tad-dar ikollhom x’jaqsmu flimkien medja ta’ 6.8 darbiet fix-xahar. Filwaqt li fejn il-piż jintrefa’ minn persuna waħda r-rata tinżel għal 5 darbiet fix-xahar. Ir-riċerka ssib li fejn ix-xogħol ma jinqasamx b’mod ekwu hija l-mara li ġġorr l-ikbar piż u mhux ir-raġel.