Kien tieġ li ħalla impatt mhux ħażin. Biżżejjed insemmu ftit ċifri: 21 maids of honour, ħames junior maidens, disa’ page boys, disa’ flower girls, 17-il grooms men u aktar minn elf mistieden.
Qed nitkellmu dwar it-tieġ bejn Edward Borg Bonaci u Nicholas John Vella.
Qasmu magħna ftit filmati tat-tieġ kulurit f’kull sens u bħalissa, jum wara San Valentinu, jinżel għasel. Ħafna forsi għadhom mistgħaġba b’xi dikjarazzjoni ta’ imħabba.
Kien dan il-Gvern li ta l-istess drittijiet li għandha kull koppja oħra fis-soċjetà tagħna li ddeċidiet li tidħol għall-kuntratt taż-Żwieġ Ċivili lill-koppji omosesswali. F’April 2014, meta għaddiet il-liġi, l-Oppożizzjoni kienet astjeniet mill-vot fil-Parlament.