Il-Malta Confederation of Women’s Organisations (MCWO) innotat kliem il-Prim Ministru dwar il-prostituzzjoni. Il-Prim Ministru u mexxej Laburista qal li wieħed ma jistax jibqa’ jaħrab ir-realtà u li b’regolamenti serji, kriminali ma jitħallewx jabbużaw minn nisa u jwasslu fejn tant persuni jkunu skjavi.
L-MCWO irrakkomandat il-mudell li fuqu jimxu pajjiżi Nordiċi, jiġifieri mhux biss li dawk li jkunu prostituti jkunu dikriminalizzati, imma jingħataw għajnuna biex ma jibqgħux prostituti. Barra minn hekk, li tixtri lil persuni għas-sess tkun offiża kriminali, bil-għan li tonqos id-domanda għal traffikar sesswali. L-MCWO qalet li ma taqbilx mar-regolarizazzjoni tal-prostituzzjoni għax iżżid it-traffikar tan-nisa. Madanakollu għarfet li l-prostituzzjoni hija r-raġuni tal-maġġoranza tal-każijijet ta’ traffikar ta’ persuni.
Dwar dan, il-Prim Ministru qal li “jekk irridu nkunu ipokriti, ngħalqu għajnejna għal sitwazzjoni, fejn pajjiżna jissemma bħala post fejn ikunu ttraffikati n-nisa,” qal il-Prim Ministru li rrefera għal nisa mil-lvant tal-Ewropa u anke Maltin abbużati. Qal li din elettoralment ma tiswa xejn lill-Partit Laburista, imma wasal iż-żmien li f’dan it-tieni mandat dawn il-kwistjonijiet tibda ssir diskussjoni dwarhom.