Xufier ta’ vann li kien imwaħħal fit-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard għamel u-turn minn fuq central strip u saq l-isfel biex jevita t-traffiku.
Dan ir-ritratt ġab miegħu diversi kummenti ta’ sewwieq oħra li baqgħu skantati b’dak li raw quddiem għajnejhom. Huwa għamel dan fi triq arterjali li l-veloċità massima tal-karozzi tlaħħaq it-tmenin kilometru fis-siegħa. Tul din it-triq ukoll matul is-snin tilfu ħajjithom diversi persuni kawża ta’ inċidenti tat-traffiku.