Kelliem għall-pulizija kkonferma li m’għadux fil-periklu tal-mewt iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li baqa’ dieħel ġo ħajt bir-rota f’Marsalforn.
L-inċident seħħ fit-tmienja tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq il-Qbajjar.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Għal dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali tal-Għassa Dr. Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.