Tifel ta’ 4 snin residenti San Ġwann qaleb għall-aħjar wara li lbieraħ ġie ċċertifikat li kien f’kundizzjoni kritika wara li sab ruħhu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’pixxina.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-14.15 f’residenza fi Triq Etna, il-Mellieħa. Il-Pulizija kif ukoll tim mediku marru immedjatament fuq il-post.
Għalkemm, it-tifel deher konxju huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni.