Jair Bolsonaro, kandidat favorit għal President tal-Brażil, qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt rally tiegħu stess.
Huwa kien attakkat quddiem folla nies fl-Istat Brażiljan ta’ Minas Gerais. L-allegat aggressur kien arrestat fuq il-post.Bolsonaro kellu diversi interventi mediċi hekk kif iddaħħal l-Isptar kważi mejjet.
Huwa magħruf għall-kummenti kontroversjali tiegħu, fosthom kontra persuni gay.