Raġel Għarbi safa ferut bi strument li jaqta’ fil-Blata l-Bajda. Kien għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija li l-Pulizija kienet mgħarrfa bil-każ.
Persuni li nzertaw għaddejjin mill-inħawi waqfu u tawh l-ewwel għajnuna filwaqt li ssejħet ambulanza fuq il-post.
Minn informazzjoni fuq il-post jidher li r-raġel laqqat erba’ daqqiet bi strument li jaqta’, tnejn ħdejn sidru u tnejn f’saqajh.
Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhiex magħrufa. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ