Baqa biss 3 gimgħat għal Cycling challenge for cancer mill-fondazzjoni Alive li din is sena ser tkun sponsorjata minn REMAX u ser issir mill-Kroazja sa Slovenja. Din l-isfida ser tkun qed tintemm il-Vatikan, fl-Italja.
Din ser tkun ta’ 1100 km u timmira għal outdoor u indoor play area fiċ-ċentru tal- Onkologija Sir Anthony Mamo biex it-tfal bil-kanċer ikunu komdi sa ma jkunu għaddejjin bit-trattament tagħhom.
Iċ-ċiklisti għaddejjin b’taħriġ intensiv biex jippreparaw ruħhom għal din l-isfida diffiċli.