Ir-riċerka għall-kanċer tiswa ħafna flus u għalekk l-Università dejjem ikollha bżonn aktar fondi sabiex tkun tista’ tibqa’ għaddejja. Spjega li l-fondi jiġu kemm mill-Gvern Ċentrali, Unjoni Ewropea u anki mill-privat.
Nicky Camilleri mill-Fondazzjoni Alive spjega li fuq seba’ t’ijiem ic-ciklisti tal-Fondazzjoni se jkunu qed jaqdfu 1200km minn Oslo għal Hamburg u jispiċċaw f’Amsterdam. Huwa spjega li din il-fondazzjoni iffinanzjat diversi proġetti lokali kif ukoll iffinanzjat nurmu ta’ dottorati għar-riċerkaturi Maltin. Sa issa Alive tat €135,000 għar-riċerka tal-kanċer tas-sider, €170,000 għar-riċerka tal-kanċer fit-tfal u €80, 000 sabiex inbniet żona rikreattiva għat-tfal fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Fil-preżenza ta’ numru ta’ studenti tal-primarja Camilleri spjega li din is-sena l-Alive se tkun qed twaqqaf l-Alive Cancer Research Program fejn flimkien mal-Università ta’ Malta se jkunu qed jagħtu l-opportunita lil studenti tal-mediċina sabiex japplikaw għar-riċerka tagħhom. Sabiex isostnu din l-inizjattiva din il-fondazzjoni se tkun qed tippreżenta €240,000.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-messaġġ tal-Fondazzjoni Alive huwa importanti ħafna. Spjega li l-valur tal-volontarjat huwa importanti ħafna. Spjega li l-Gvern irid jimpenja ruħu sabiex fil-programm edukattiv il-valur tal-volontarjat għandu jkun rikonoxxut u ppremjat fil-kurrikulu tal-edukazzjoni.