Iffukat u jaqdef daqs l-aqwa ċiklist, plejer Niġerjan mistenni joħloq rekord dinji ġdid. Harrison Chinedu qadef aktar minn mitt kilomteru b’ballun fuq rasu qisu mhux hu.
In-Niġerjan qadef minn biswit xtajta għaċ-ċentru tal-kapitali Lagos. Huwa kellu l-isfida li jżomm il-ballun fuq rasu tul it-triq. Dan minkejja il-ħofor u xi toroq imħarbta li kellu jgħaddi minnhom.
Tassew sfida interessanti li ħalliet lil dawk li segwewh mistgħaġbin tant li għan-Niġerjani dan il-plejer sar l-għors tagħhom u tabilħaqq jiftaħru bil-bravura li għamel.