Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali ltaqa’ mal-General Workers’ Union sabiex jiddikutu l-irvelli li seħħu nhar il-Ħadd li għadda fiċ-Ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Iddiskutew ukoll is-sitwazzjoni preżenti tal-aġenzija AWAS.
Waqt din il-laqgħa l-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qablu fuq il-ħtieġa ta’ aktar sigurtà għall-ħaddiema tal-AWAS kif ukoll għall-istess residenti fiċ-ċentri operati mill-istess aġenzija u għalhekk iż-żewġ naħat se jibqgħu f’komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-titjib.