Jekk qed tippjana xi btala lejn il-Kapitali Brittanika għal żmien il-Milied, illum huwa fost l-aħjar jiem biex issarraf flusek għal sterlini ingliżi.
Fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar Brexit, l-isterlina ħadet daqqa ‘l isfel fil-valur tagħha. Fil-fatt, l-isterlina naqqset b’aktar minn 1% meta mqabbla mal-ewro.
Illum, għal kull ewro li wieħed isarraf, se jieħu 0.88ċ. Għal kull sterlina msarrafa, dak li jkun se jieħu €1.13.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-isterlina ħadet daqqa mal-aħbar tal-ewwel riżenja mill-kabinett ta’ Theresa May, li kienet tal-Ministru għal Brexit Dominic Raab.