Ġlieda f’appartament f’Birżebbuġa wassal biex raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.
Dan seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs f’residenza fi Triq il-Kartaġiniżi, Birżebbuġa.
Il-ġlieda kienet bejn żewġt irġiel Somali ta’ 30 u 41 sena, fejn allegatament ir-raġel ta’ 41 sena kisser mera u biha ħebb għar-raġel l-ieħor. Wara huwa pprova jaħrab billi qabeż minn tieqa, għoli ta’ madwar żewġ sulari, u ġie fuq karozza tat-tip Fiat Punto.
Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn iktar tard ir-raġel ta’ 30 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel ta’ 41 sena għandu ġrieħi gravi.