Il-kelliem Nazzjonalista għall-Ekonomija Jerome Caruana Cilia qabel mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li jħalli “s-suq isuq” fil-qasam tal-enerġija.
Skontu, mhux se jogħlew il-kontijiet tad-dawl.
ĠURNALISTA: “Bil-proposta se tkunu qed terġgħu tgħollu il-kontijiet tad-dawl għan-nies.”
JEROME CARUANA CILIA: “Kif spjega l-kap mhux il-każ però m’għandi xejn iktar xi nżid ma’ dak li kien qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.”
ĠURNALISTA: “Ma tafx fuq xix inhi din il-politika? Ma weġibt xejn. Lanqas weġibt il-mistoqsija tiegħi. Taf fuq xix inhi din il-proposta tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija?”
L-Oppożizzjoni kienet ħarġet bil-proposta tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija, li jfisser żieda fil-kontijiet tal-enerġija.
Proposta li ġabet kritika ħafna minn stakeholders u sħab soċjali.
Iżda d-Deputat Nazzjonalista ma riedx iwieġeb anki jekk beda jitkellem fuq l-għoli tal-ħajja, realtà li ried ikabbarha iżjed l-Partit Nazzjonalista bil-proposta tiegħu li jħalli s-suq, isuq.
ĠURNALISTA: “Taf fuq xix inhi din il-proposta tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija? Onorevoli qas biss weġibtni.”
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ukoll kien tkellem kontra l-għajnuna fl-enerġija u qal li din mhux sostenibbli.