Il-15 ta’ Mejju 2018. Il-ġurnata li biddlet ħajjet is-surġent Simon Schembri.
Sentejn ilu, Simon Schembri ħareġ għal ġurnata oħra ta xogħol bil-mutur tal-pulizija.
Dakinhar ġarrab ġrieħi serji f’diversi partijiet ta’ ġismu u tilef parti minn idu.
Allegatament ittajjar u spiċċa mixħut taħt bankina fid-daħla taż-żona industrijali ta’ Ħal-Luqa. Huwa
F’din il-ġurnata, li ġġib magħha memorji koroh għall-familja Schembri, iltqajna ma’ Simon, meqjus bħala eroj iżda hu b’ton umli, jaħsibha mod ieħor.
Simon stqarr: “Hemm ħafna minn sħabi naf li daħlu anki fin-nar biex isalvaw ħajja. U dak huwa eroj. Jien ma nħossniex eroj. Nipprova ngħin lill-ħaddieħor. Kull persuna li tilbes uniformi hija eroj.”
Stqarr id-dwejjaq li jħoss xħin jara l-mutur tat-traffiku fit-triq li kien isuq propju hu.
Simon sostna: “Kif nara mutur ta’ traffic taqbadni diqa. Għax ngħid ara jien dak kont nsuq. Meta nara li min isuqu bħalissa imma life goes on.”
Simon Schembri wasal biex itemm il-karriera tiegħu fil-korp tal-pulizija.
Huwa saħaq: “Nerġa’ nagħżel il-karriera ta’ Pulizija. Sofrejt u għaddejt imma nerġa’ ngħaddi minn dak kollu u nagħzel pulizija.”
Minkejja l-morr li tagħtu l-ħajja, huwa jibqa’ pożittiv u ffukkat fil-ħidma tal-fondazzjoni Simon Schembri Blue Light.
“Il-ħajja sabiħa. Jiddependi kif tgħixha. Trid taċċetta. Ħajti nbiddlet imma l-bqija life must go on”, kompla jgħid Simon.