Ħaddiema tat-tifi tan-nar mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fil-marina tal-Mġarr wara li jott inħakem min-nirien. Il-każ seħħ ftit qabel is-19:00 tas-Sibt filgħaxija. Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
Preżenti fuq il-post hemm ħaddiema tat-tifi tan-nar stazzjonati f’Għawdex flimkien mad-dgħajsa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Manuċċa, bis-sehem ukoll tal-pumpiera. Intant dgħajjes fil-madwar tneħħew minn fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Xhieda fuq il-post tal-inċident qalu lil one.com.mt li minn fuq il-jott instemgħu ukoll xi splużjonijiet zgħar.