Raġel ta’ 36 sena mill-Ghana waqa’ żewġ sulari wara li kien involut f’argument ma’ raġel ta’ 33 sena mill-Ġorġja li joqgħod San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 4:00 ta’ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni Triq il-Mosta, Ħ’Attard.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew jassistu fuq il-post. Il-vittma ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.