Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa u kwart seħħ inċident fi Triq Sant’ Antnin, f’Ħal Balzan.
F’residenza f’din it-triq, nhar il-Ħadd li għadda seħħew xi ħsarat fl-istruttura. Illum kienet qed issir spezzjoni tal-ħsarat, meta ħaddiem, raġel ta’ 59 sena li jgħix il-Marsa, waqa’ għoli ta’ sular. Dan għax ċediet l-art, b’konsegwenza li r-raġel sab ruħu f’garage li jiġi livell mat-triq.
Fuq il-post issejjħet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa,
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.