Ħaddiem ta’ disgħa u ħamsin sena mill-Isla indarab gravi wara li ċeda bih saqaf f’sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fit-Triq it-Torri f’ Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu meta l-vittma waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem fuq saqaf u ċeda bih.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei f’operazzjoni li ħadet ftit tal-ħin sakemm ir-raġel tniżżel minn għoli ta’ seba’ sulari permezz ta’ tower ladder li ntrama’ apposta quddiem il-blokka.
Għal xi ħin it-toroq fil-madwar kellhom jingħalqu għat-traffiku.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.