Il-Big Ben waqa’ fis-silenzju hekk kif se jinbeda xogħol ta’ tiswija li mistenni jsir sal-2020.
It-tokki ta’ nofsinhar kienu l-aħħar ħsejjes mill-famuża qanpiena sakemm jitlestew it-tiswijiet meħtieġa.
Minkejja dan, xorta waħda ser tkun qed tintuża għal okkażjonijiet speċjali fosthom f’lejliet l-ewwel tas-sena.Id-deċiżjoni biex il-qanpiena tintefa saret sabiex ikunu protetti l-ħaddiema.
Il-Prim Ministru Theresa May qalet li ma tistax tkun deċiżjoni tajba li l-famużi qniepen ma jinstemgħux aktar qabel l-elfejn wieħed u għoxrin.
Dan filwaqt li saqsiet biex jerġgħu jkunu riveduti l-proposti.
Il-Parlament Ingliż qal li ser jirrevedi t-tul ta’ ħin li l-Big Ben ser ikun fis-silenzju wara tħassib li qam.
Il-Great Bell, kif inhi magħrufa, fiha aktar minn tlettax-il tunnellata u indaqqet kull siegħa għal mija sebgħa u ħamsin sena.