Minn tal-inqas seba’ persuni weġġgħu meta parti minn wiċċ tal-irdum waqa fil-bajja popolari Navagio fil-gżira Griega Zakynthos.
Kelliem tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar qal li ma sabu lil ħadd maqbud iżda t-tfittxija se tkompli għaddejja.
Minn dawk li weġġgħu fl-inċident li seħħ il-Ħamis wara nofsinhar, ħadd minnhom ma jinsab f’qagħda kritika.
Il-bajja, li hija magħrufa wkoll bħala l-bajja tan-nawfraġju, hija popolari ħafna mat-turisti u tista tasal għaliha bid-dgħajsa biss.