Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santa Luċija, il-Belt Valletta.
Waqt li raġel ta’ 68 sena residenti l-Floriana kien qiegħed fuq sellum fil-komun ta’ appartamenti, għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u spiċċa f’indana tat-taraġ.
Fuq il-post issejjħet l-assistenza tal-membri mid-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili kif ukoll team mediku sabiex jassistu lir-raġel.
Huwa sofra ġrieħi gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.