Raġel ta’ 46 sena mill-Albanija u li joqgħod iż-Żurrieq ġarrab ġrieħi gravi wara li allegatament waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ filgħodu fi Triq Santa Margerita, is-Siġġiewi.
L-Albaniż ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.