Il-Gvern Olandiż mmexxi minn Mark Rutte waqa’ wara skandlu li fih eluf ta’ ġenituri ġew akkużati b’mod falz bi frodi tal-benefiċċji tat-tfal.
Ħafna mill-familji milquta inġustament kienu familji ta’ immigranti u spiċċaw sofrew diffikultajiet finanzjarji.
Rutte mar għand ir-Re tal-pajjiż fejn ta r-riżenja tal-Ministri li għalissa jibqgħu bħala caretakers sakemm jiġi ffurmat Gvern ġdid wara elezzjoni ġenerali f’Marzu li ġej.
Fil-ġimgħat li għaddew, Rutte injora talbiet biex jwaqqaf il-Gvern milli jkompli jiffunzjona filwaqt li qal li l-Olanda għandha bżonn stabbiltà matul dan iż-żmien tal-pandemija.