Għall-ħabta ta’ 11.45 a.m., ċeda ħajt tal-konkos, parti minn dar fi triq il-Kavallieri li tagħmel parti ma’ Triq Zekka, fil-Belt Valletta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwwel investigazzjonijiet tagħha irriżulta li waqt li raġel ta’ 47 sena imwieled il-Maċedonja u residenti l-Gżira kien qed jagħmel xi xogħol fir-residenza safa midrub wara li ntlaqat minn ħajt tal-konkos li għal xi raġuni ċeda.
Għalkemm mhuwiex f’qagħda kritika, ir-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.