Ħadd ma weġġa’ wara li waqa’ ġebel fi Triq il-Wied tal-Imsida fejn qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.
Jidher li dan ġara wara li sar xi żball waqt ix-xogħol li għaddej bħalissa.
Il-Pulizija ġew mgħarfa b’dan l-inċident u l-materjal li waqa’ tneħħa minnufih.
Aktar dettalji malli jaslulna.