Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa jassistu sewwieq li waqa’ f’wied f’Ħal Qormi. Il-każ seħħ qrib il-kamra tan-nar ta’ San Bastjan fejn l-operazzjoni minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili damet għaddejja għal ftit ħin mhux ħażin.
Il-persuna ttieħdet l-isptar u ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi ħfief. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.
Ritratt: Jessica Sultana