Sewwieq ta’ 56 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ bil-mutur fi Triq il-Kosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet il-vittma l-isptar għall-kura.
Ġew imsejħa wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu ż-żejt li ħareġ mill-mutur. Ir-rapport qed jitħejja mill-Pulizija tad-Distrett.