20:22: Ninsabu informati li l-ajruplan kien qieghed fl-ispazju tal-ajru Malti, mingħajr ma kienu mgħarrfa l-awtoritajiet kif suppost jiġri ladarba ajruplan jidħol fl-ispazzju tal-ajru Malti.
19.52: Fuq l-ajruplan, ‘Ultra Light Aircraft’ u reġistrat l-Italja, kien hemm żewġ persuni ta’ nazzjonalità Taljana. Infurmati li ż-żewġ persuni ma sofrewx ġrieħi.
Mill-informazzjoni li għandna jidher li l-ewwel għajnuna ngħatat minn persuni li kienu bid-dgħajsa tagħhom fil-viċinanzi.
Aktar qabel: Ftit tal-mumenti ilu waqa’ ajruplan żgħir fil-baħar fil-limiti tax-Xlendi, Għawdex. Fuq il-post, hemm laneċ u ħelicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li hemm żewġ persuni f’dan l-ajruplan.
Il-Forzi Armati għaddejjin b’operazzjoni ta’ salvataġġ.