Bulgaru ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar waqa’ tliet sulari llum, għall-ħabta tal-10.15am. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa fond fi Triq it-Teatru l-Antik kantuniera ma’ Triq Sant’Ursola, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post u minn ivestigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni ġewwa l-istess fond.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Y Micallef Stafrace LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.