Waqt dimostrazzjoni f’Istanbul, il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan qal li huwa japprova r-ritorn tal-piena kapitali jekk tkun appoġġjata mill-Parlament u mill-pubbliku. Huwa qal dan meta kien qed jitkellem quddiem madwar miljun persuna li nġabru għad-dimostrazzjoni wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat ix-xahar li għadda.
Erdogan qal ukoll li l-istat jitnaddaf mill-partitarji kollha ta’ Fethullah Gulen . Mexxejja reliġjużi ta’ tnejn mit-tliet partiti fl-opożizzjoni Torka attendew għal din id-dimostrazzjoni.