Leġislaturi Amerikani appellaw lill-President Donald Trump biex jippubblika recordings tal-konverżazzjonijiet mad-direttur imkeċċi tal-FBI, James Comey.
Il-mexxej tas-senat demokratiku, Charles Schumer avża li jekk xi tapes ikunu meqruda, tkun qed tinkiser il-liġi.
Dan filwaqt li s-senatur Repubblikan, Lindsey Graham qal li l-White House jeħtieġ tkun ċara fuq jekk jeżistux xi tapes.
Dawn il-kummenti waslu wara li Trump fuq twitter għamel dik li qed tidher bħala theddida rqiqa għall-ex kap tal-FBI.
Huwa wissa lil Comey l-ġimgħa li għaddiet biex ma jitkellimx mal-media u qal li għandu tama aħjar li m’hemm l-ebda tapes ta’ konversazzjonijiet tagħhom.
Fl-istess waqt, il-President Trump qal li jista’ jkun iħabbar lil min se jieħu post Comey aktar tard din il-ġimgħa bi ħdax-il persuna qed ikunu rrapurtati li huma kkunsidrati għal din il-kariga.