Stabbiliment tal-ikel fil-Mosta qed jappella għall-għajnuna wara li raġel mhux magħruf daħlilhom fir-ristorant allegatament jisraq fis-satra tal-lejl.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook, l-istess ristorant spjega kif ir-raġel li jidher fir-ritratt meħud minn filmat tal-kameras tas-sigurtá, daħal fir-ristorant inkiss inkiss ilbieraħ filgħaxija u serqilhom il-flus li kellhom fil-kaxxa tal-flus.
L-istess ristorant qed jappella għall-għajnuna f’każ xi ħadd għandu kull tip ta’ informazzjoni li tista’ twassal għall-għajnuna biex jinqabad il-ħalliel.
Kull min għandu kull tip ta’ informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt mar-ristorant jew jirrapporta dirett mal-eqreb Għassa tal-Pulizija.