L-Għaqda mhux Governattiva, Real Animal Rights Foundation, RAR, qed jappellaw għall-għajnuna hekk kif jinsabu fi bżonn kbir biex ikomplu jgħinu u jsalvaw annimali abbadnunati.
F’messaġġ fuq Facebook spjegaw kif l-ispiża dejjem tikber hekk kif huma jgħinu persuni li jitimgħu l-qtates tat-toroq, bl-istess popolazzjoni tal-qtates dejjem qed tiżdied hekk kif minkejja li jgħamlu ħilithom biex isewwu lill-qtates, l-ispiża hi wisq kbira.
Spjegaw kif kien għalekk li qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku ġenerali biex jgħinhom f’donazzjonijiet biex ikomplu jgħinu lil dawn l-annimali kif ukoll nies li jieħdu ħsiebhom.
RAR appellaw ukoll lin-negozji u kull ħaddiem f’kull qasam biex jgħinuhom permezz ta’ xi attivitajiet, jew mezz ieħor li jwassal f’għajnuna għall-istess għaqda.
Spjegaw kif kull għajnuna tgħodd u tiġi apprezzata.