Il-prosekuturi Sud Afrikani qed jappellaw is-sentenza mogħtija lill-atleta Oscar Pistorius fejn qalu li għandu jingħata sentenza ta’ priġunerija itwal għall-qtil tas-sieħba tiegħu Reeva Steenkamp.
Huma qalu lill-Qorti Suprema tal-Appelli li s-sentenza ta’ sitt snin priġunerija kienet waħda xokkanti fejn hu għandu jingħata sentenza ta’ 15-il sena priġunerija.
L-avukati sostnew li s-sentenza mogħtija mill-Qorti kienet waħda xierqa.
Pistorius kien qal li hu spara u qatel lil Steenkamp f’jum San Valentinu fl-2013 bi żball wara li ħaseb li daħal ħalliel fir-residenza tiegħu f’Pretoria.
Il-prosekutur Andrea Johnson qal li s-sentenza mogħtija ma tixraqx mal-gravita’ tal-każ.
Pistorius, ta’ 30 sena, qed jinżamm fil-ħabs f’Pretoria.