Fil-lejl ta’ bejn it-tmintax u d-dsatax ta’ Lulju tilfet ħajjitha Tara Malou Licari – żagħżugħa Maltija ta’ 17-il sena li kienet tgħix id-Danimakra.
Xahrejn wara, omma appellat biex jinstab il-mobile phone tagħha. Kemm dan il-mobile kif ukoll beritta tal-baseball ma nstabux wara l-inċident. Fil-mobile kien hemm il-karta ta’ identità ta’ Tara. Il-familja qed tappella biex dan jitħalla fl-għassa tal-Pulizija ta’ tas-Sliema, anke b’mod anonimu, u lesti jagħtu iPhone 6s/7 bħala kumpens.
Tara hija l-iżgħar vittma ta’ inċident tat-traffiku din is-sena. Hija kienet passiġġiera fuq quddiem tal-karozza misjuqa minn ħuha ta’ 23 sena. Fuq wara, passiġġier kien hemm ħabib tagħhom, żagħżugħ Daniż ta’ 18-il sena li kien jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.