Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Ambjent appella lil kull min għandu għall-qalbu d-delizzju tal-kaċċa biex josserva r-regolamenti waqt l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Il-ġimgħa l-oħra, il-Gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summiena mill-Ħadd l-1 ta’ April sas-Sibt 21 ta’ April.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ltaqgħu maċ-Chairmantal-Kumitat Ornis, il-Kumissarju tal-Pulizija kif ukoll rappreżentanti tal-WBRU.
Il-Ministeru saħaq li hekk kif sostna l-Prim Ministru, il-Gvern mhux ser jippermetti li jsiru abbużi waqt l-istaġun hekk kif stabbilit u għaldaqstant talab lill-entitajiet sabiex issir aktar ħidma mill-att ta’ edukazzjoni u infurzar.
Kemm il-Ministru kif ukoll is-Segretarju Parlamentari appellaw sabiex minn vera għandu għal qalbu d-delizzju, jimxi mar-regoli u skont il-parametri tal-liġijiet.
Dan sabiex il-kaċċa f’dan l-istaġun tirrispetta s-sostenibilità u l-konservazzjoni tal-għasafar.