Huma madwar 320, il-Maltin li jbatu mill-Isklerożi Multipla. Din hija kundizzjoni li titfakkar madwar id-dinja nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju iżda f’Malta tfakkret llum, tlett ijiem qabel.
L-Isklerożi Multipla hija marda kronika; mhawnx kura għaliha. Jeżistu mediċini li jevitaw attakki spissi, madanakollu dawk affetwati minnha, bħal Christopher Grech, jiddependu ħafna fuq l-għajnuna minn ta’ madwarhom. Christopher sar jaf li għandu din il-marda madwar sentejn ilu, fejn maż-żmien tgħallem kif jista’ jiġġilidha.
Għalkemm sab ħafna appoġġ mill-kollegi u l-qraba, jesprimi xewqa li dawk fuq il-post tax-xogħol juru aktar kompassjoni.
Isma’ l-kummenti ta’ Christopher hawnhekk.
https://youtu.be/NZ_tX6WWqmk