Il-Kap tan-NATO ħeġġeġ lill-membri sabiex jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-qawwa li qed iżżid iċ-Ċina.
Jens Stoltenberg sostna dan waqt summit li sar fil-Belġju biex l-Istati Uniti ssaħħaħ l-alleanza mal-pajjiżi tal-Punent, hekk kif waqt l-amministrazzjoni ta’ Trump l-alleanza kienet iddgħajfet.
Stoltenberg ddeskriva dan is-summit, l-ewwel wieħed ta’ Joe Biden bħala l-President tal-Istati Uniti, bħala mument kruċjali.
Waqt dan is-Summit tan-NATO, Biden għamilha ċara li n-NATO hija importanti għall-Istati Uniti.