L’Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma aktar suċċessi fis-settur turistiku. L-ammont ta’ nies li qattgħu ljieli f’lukandi f’Malta f’Jannar li għadda żdied b’17% fuq Jannar ta’ sena qabel. L-ammont ta’ ljieli li qattgħu żdied b’9%.
F’Jannar, l-ammont ta’ nies li qattgħu ljieli f’lukandi jew stabilimenti ta’ akkomodazzjoni hawn Malta laħħaq 86,854. L-ammont ta’ ljieli laħħaq 452,373. L-iktar popolari mat-turisti kienu lukadi ta’ erba’ stilel.
F’Jannar li għadda kien hawnn 156 post ta’ akkomodazzjoni għal turisti hawn Malta.