Ħafna jqisu dan ix-xahar li ma jkunx fih tant attivita’ minħabba li jkunu għaddew il-jiem ta’ festi. Mhux l-istess din is-sena għaliex propju lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar se tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Nawfragu minħabba li fl-10 ta’ Frar inkunu qegħdin waqt il-karnival.
Jannar tista’ tgħid huwa meqjus bħala l-eqqel xahar tax-xitwa Maltija bil-ġranet fost l-iqsar u l-iljieli l-itwal, u spiss ikun il-maltemp tant li jezistu idjomi bhal: f’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (b’refenza għall-beraq). Idjoma ħelwa oħra li forsi ntilfet u hi marbuta mal-kesħa tgħid: Il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild ta’ ħmar.
Il-bdiewa jistennew ix-xita ta’ dan ix-xahar madanakollu xita żejda hija ta’ ħsara Idjoma tghodd tghid: Meta Jannar huwa lewwiemi, ma tarax bidwi hieni.
Propjament fl-ewwel ta’ Jannar huwa jum l-istrina meta dari l-anjzani kienu jaghtu xi haga tal-flus lin-neputijiet. L-isem Jannar ġej mill-isem ta’ alla Ruman Ġanu; l-alla tal-bibien. Infatti dan ix-xahar huwa l-bieb fuq ix-xhur l-oħra tas-sena.
Jannar huwa wkoll żmien ta’ attivita’ għall-qtates u spiss ħafna jilmentaw mill-qrid tagħhom. Imma dik hija n-natura. Niehdu paċenzja b’xulxin.