Żewġt irġiel ta’ 48 sena, baqgħu jinżammu arrestati wara li ammettew li serqu minn supermarket f’Wied il-Għajn.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif dawn inqabdu minn kameras tas-sigurtà.
Fil-Qorti l-Avukat Difensur spjega kif wieħed mill-imputati għandu l-vizzju tad-droga filwaqt li l-ieħor għandu diżabilità u għalhekk it-tnejn li huma għandhom bżonn l-għajnuna.
Il-Maġistrat ser tagħti s-sentenza l-Ħamis.