Raġel u mara mill-Ġermanja u Franċiż tressqu l-Qorti wara li ppruvaw jużaw riżultati foloz għall-Covid-19 huma u ħerġin minn pajjiżna.
L-Ispettur Frankie Sammut spjega kif il-Ġermaniżi ma kinux jafu li l-linja tal-ajru li kienu se jtiru magħha riedet riżultat negattiv għall-Covid u niżżlu wieħed falz minn sit elettroniku. Il-Franċiż għamel test f’pajjiżna, iżda prova juża riżultat falz biex ma jitlifx it-titjira.
Huma lkoll ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom, u l-Qorti ordnat li dawn iħallsu €800 multa kull wieħed.