Mohammed Alhaddy Mohammed ta’ erbgħa u għoxrin sena mis-Sudan u Mohammed Abdala ta’ ħamsa u għoxrin sena miċ-Chad ġew ikkundannati xahar ħabs wara li ammettew li pruvaw jaħarbu minn Malta b’mod illegali.
Il-każ seħħ is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fejn iż-żewġt irġiel rikbu vapur u pruvaw jaħarbu minn Malta mingħajr ma infurmaw, jew lill-Uffiċjal tal-Immigrazzjoni. Fl-istess ħin, l-akkużati ma kellhomx id-dokumenti li kellhom bżonn biex jitilqu mill-pajjiż.
Il-Pulizija sabet liż-żewġt irġiel moħbija taħt kontejners. Jidher ukoll li pruvaw jaħarbu mill-pajjiż għaliex m’għandhomx fejn jgħixu.