Żewġ Żvizerri tpoġġew fuq probation għal sentejn wara li ammettew li l-Ħamis li għadda ikkaġunaw numru ta’ ħsarat f’karozzi f’Tas-Sliema.
Huma tressqu l-Qorti illum, fejn ġie spjegat kif il-Ħamis bejn is-sitta u t-tmienja ta’ filgħodu għamlu ħsara li ma teċċediex is-somma ta’ €2,500 ewro.
Wara li l-Maġistrat Joseph Mifsud qies l-ammissjoni taż-żewġ persuni, apparti l-probation, ordna li jħallsu tal-ħsarat fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.