Żagħżugħ ta’ 21 sena li għamel sensiela ta’ reati kontra l-ġenituri tiegħu ingħata probation.
Tristan Tedesco nstab ħati li seraq lil ommu u anki heddidha permezz ta’ telefonati u messaġġi.
Saħansitra f’Mejju li għadda kien arrestat u ħarab mill-għassa tal-Ħamrun.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qieset il-kondotta ta’ Tedesco u talbitu biex jieħu t-trattament meħtieġ.
Fil-Qorti spikkat ukoll id-dikjarazzjoni tal-ġenituri tal-imputat li b’qalbhom maqsuma qalu li riedu jkomplu bil-każ ta’ binhom fil-Qorti ħalli dan jirriforma ruħu.